
Il-gruppi interattivi huma tip ta’ Azzjoni Edukattiva ta’ uccess (SEA) li turi li jtejbu il-kisba akkademika, il-benesseri psikosoċjali u l-koeżjoni soċjali fl-iskejjel mis-snin bikrin sal-edukazzjoni għall-adulti. Huma forma effettiva ta’ organizzazzjoni fil-klassi li tiffoka fuq l-interazzjoni bejn gruppi ta’ tnejn u l-involviment tal-komunita’ biex jittejbu r-riżultati fit-tagħlim kif ukoll l-benesseri. L-istudenti jiġu mqassma fi gruppi eteroġenji żgħar (kemm jista’ jkun skont il-livell akkademiku, ġeneru, lingwa, sfond kulturali, eċċ.), u kull grupp żgħir għandu l-appoġġ ta’ voluntier adult li jiżgura li jkun hemm parteċipazzjoni mdaqsa u jimmassimizza l-opportunitajiet għal interazzjonijiet dijalogiċi fost il-gruppi ta’ tnejn waqt li jgħinu u jappoġġjaw lil xulxin. Il-gruppi interattivi jistgħu jintużaw għal kwalunkwe suġġett tal-iskola u ma jeħtieġu l-ebda riżorsi addizzjonali mill-iskola.