
Il-gruppi interattivi huma tip ta’ Azzjoni Edukattiva ta’ Success (SEA) li jtejbu l-kisba akkademika, il-benesseri psikosoċjali u l-koeżjoni soċjali fl-iskejjel fis-snin bikrin sal-edukazzjoni għall-adulti. Huma forma effettiva ta’ organizzazzjoni fil-klassi li tiffoka fuq l-interazzjoni bejn gruppi ta’ tnejn u l-involviment tal-kommunita’ biex jitjiebu r-riżultati tat-tagħlim u l-benesseri. L-istudenti jiġu mqassma fi gruppi eteroġenji żgħar (kemm jista’ jkun f’termini ta’ livell akkademiku, ġeneru, lingwa, sfond kulturali, eċċ.), u kull grupp żgħir għandu l-appoġġ ta’ voluntier adult li jiżgura li jkun hemm parteċipazzjoni mdaqqsa u li jimmassimizza l-opportunitajiet għal interazzjonijiet djalogiċi fost il-gruppi waqt li jgħinu u jappoġġjaw lil xulxin. Il-gruppi interattivi jistgħu jintużaw għal kwalunkwe suġġett tal-iskola u ma jeħtieġu l-ebda riżorsi addizzjonali mill-iskola.