
L-għan tat-Tim ta’ Sapport għall-istudenti (SST) huwa li jsaħħaħ l-esperjenza edukattiva u l-benesseri tal-istudenti kollha. Il-membri tal-SST huma fdati bit-trawwim ta’ kollaborazzjoni effettiva biex jevalwaw bir-reqqa l-ħtiġijiet diversi tal-istudenti u jifformulaw strateġiji ta’ appoġġ imfassla apposta. Huma għandhom rwol importanti fl-identifikazzjoni tal-problemi, kif l-istudenti jiġu rreferiti għand il-persunal addattati fl-iskola, l-għoti ta’ serħan il-moħħ u gwida essenzjali lill-istudenti li jkunu qed jaffaċċjaw sfidi. L-SST jidentifika studenti li jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli u li jeħtieġu appoġġ speċjalizzat fl-iskola jew permezz ta’ aġenziji esterni. Tipikament, l-SST huwa grupp varjat ta’ professjonisti li jinkludu l-Prinċipal tal-Iskola, id-Deputat/Assistent Prinċipal, il-Kapijiet/tuturi responsabbli għall-istudenti fis-sena speċifika tal-iskola, dawk li jagħtu gwida lill-istudenti, il-Koordinatur tal-kura Pastorali, il-Koordinatur tal-ħtiġijiet Speċjali, l-għalliem li jagħti appoġġ fl-imġieba, il-Psikologu, u persuni relevanti oħra, skont ir-rekwiżiti speċifiċi u l-kuntest tal-komunita’ tal-iskola.