
It-tifħir, meta jintuża bi skop tajjeb, b’mod konsistenti u strateġiku, jista’ jkun mod effettiv biex jinfluwenza l-perċezzjoni tal-istudenti dwar il-kapaċita’ u l-ħila tagħhom li jitgħallmu u li jirnexxu fl-iskola, u li jwassal ukoll biex ikollhom aktar motivazzjoni u persistenza ’il quddiem fl-isfidi li jaffaċċjaw. Jista’ wkoll jgħin biex l-istudenti jħossuhom stmati u hekk isaħħu r-relazzjonijiet mal-għalliema tagħhom. Madankollu, ir-riċerka wriet ukoll li l-għalliema ħafna drabi ma jużawx it-tifħir, lanqas maż-żgħażagħ. Din l-għodda tipprovdi bidu għall-ħolqien ta’ kultura ta’ tifħir pożittiv f’ambjenti edukattivi. Huwa tajjeb biex jintuża minn dawk li jaħdmu mat-tfal u ż-żgħażagħ fi kwalunkwe livell tal-iskola.