
L-Edukazzjoni tal-Familja hija strateġija iffurmata minn riċerka għat-titjib tar-riżultati tal-istudenti permezz ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ li jrisu fl-iskola, organizzati minn u għall-ġenituri u l-membri komunitarji. Dawn is-sessjonijiet jindirizzaw il-ħtiġijiet reali tal-familji, bħal-litteriżmu, il-ħiliet lingwistiċi, jew it-tħejjija tal-eżamijiet universitarji għall-adulti. B’mod importanti, il-parteċipanti jiddeċiedu l-kontenut huma, ibbażat fuq il-ħtiġijiet komunitarji tagħhom, billi jrawmu sens ta’ responsabbilta’ u impenn għall-istudji tagħhom. Din l-għodda tipprovdi lill-għalliema b’qafas biex jorganizzaw u jimplimentaw programmi ta’ Edukazzjoni tal-Familja, li jagħtu s-setgħa lill-ġenituri u lill-membri tal-komunita’ biex ikollhom parti ewleninija fis-suċċess edukattiv ta’ wliedhom.